01:12
ros-ann
10.3K
IL KREDU - li jinghad fil-Quddies tal-Hadd, Festi u Solennitajiet matul il-gimgha. Jiena nemmen f’Alla wieħed, Il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art, Dak kollu li jidher u dak li ma …Aktar
IL KREDU - li jinghad fil-Quddies tal-Hadd, Festi u Solennitajiet matul il-gimgha.

Jiena nemmen f’Alla wieħed,
Il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art,
Dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

U f’Mulej wieħed Ġesu’ Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
Imnissel mill-Missier qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru,
Imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier;
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet
għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna.
U ħa l-ġisem bis-setgħa ta’ l-Ispirtu s-Santu
Minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu,
miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet,
skond il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa’ jiġi bil-glorja
biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin,
u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

u fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja;
li ġej mill-Missier u mill-Iben;
li hu mequum u mweġġaħ flimkien mal-Missier u ma’ l-Iben;
Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

u fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma mill-imwiet,
U l-ħajja taż-żmien li ġej. Ammen.

www.laikos.org/Rit-tal-Quddiesa.pdf